Year 6

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Social Studies » Year 6
  • Kapaċi nidentifika xi karatteristiċi ewlenin li jsawru l-wirt kulturali Malti
  • Kapaċi nidentifika d-differenza bejn simboli lokali ( xi eżempji: Il-Katidral huwa simbolu tal-Imdina; il-ġonna ta’ San Anton huma simbolu ta’ Ħ’Attard; ir-Rotunda tfakkarna fil-Mosta) u  simboli nazzjonali ( xi eżempji: It-tempji megalitiċi)
  • Kapaċi nidentifika l-aspetti multikulturali li tħaddan is-soċjetà Maltija
  • Kapaċi nidentifika u niddiskuti d-dimensjoni globali ta’ Malta
  • Naf x’inhi d-differenza bejn komunikazzjoni bejnietna permezz tat-teknoloġija tal-informatika u

komunikazzjoni li għandha bażi iktar personali

  • Kapaċi nara l-Baħar Mediterran bħala parti minn dinja akbar
  • Kapaċi nesplora l-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran, b’referenza għall-bliet kapitali u s-simboli nazzjonali prinċipali tagħhom
  • Kapaċi nagħraf liema huma l-gżejjer prinċipali li nsibu fil-Mediterran
  • Kapaċi nagħraf liema huma l-fetħiet li jgħaqqdu l-Mediterran ma’ ibħra/oċeani oħra
  • Kapaċi nifhem għalfejn għandna nieħdu miżuri favur il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-Baħar Mediterran
  • Kapaċi nagħraf kemm hemm tipi differenti ta’ skart li qegħdin niġġeneraw fil-Gżejjer Maltin
  • Kapaċi nifhem xi problema kbira għandna biex insibu fejn narmu l-iskart
  • Kapaċi nagħmel differenza bejn skart li ma nistgħux nevitaw (bħal dak iġġenerat mill-fdalijiet tal-ikel) u skart li ma jmissna qatt niġġeneraw (bħal meta nużaw batteriji li mhumiex rechargeable)
  • Kapaċi nagħraf l-vantaġġi tas-separazzjoni tal-iskart l-użu tal-bring-in-sites u l-importanza tar-riċiklaġġ
  • Naf x’nistgħu nagħmlu bl-iskart li ma jistax jiġi riċiklat. Nifhem l-ħtieġa ta’ civic amenity sites u engineered landfills
  • Napprezza l-ġmiel tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni
  • Kapaċi nara għaliex in-nies ta’ Żmien il-Bronż kienu differenti min-nies ta’ qabilhom
  • Naf nagħmel differenza bejn Q.K. u W.K. biex nifhem meta ġew l-ewwel nies f’Malta u għaliex bdew jgħixu hawn
  • Naf fejn marru joqogħdu lewwel nies f’Malta u x-xogħol li kienu jagħmlu. Nifhem l-importanza ta’ Għar Dalam u Skorba b’referenza għall-arkeoloġija.
  • Kapaċi nqabbel dawk iż-żminijiet mal-lum
  • Kapaċi nidentifika t-tempji preistoriċi prinċipali fil-Gżejjer Maltin u nistħarreġ  xi twemmin seta’ kellhom il-Maltin ta’ dak iż-żmien
  • Kapaċi nara u nifhem kif nistgħu nibżgħu għat-tempji u għaliex għandna nibżgħu għalihom
  • Għandi idea għaliex it-Torok attakkaw lil Malta fl-1565
  • Kapaċi niddentifika l-fortifikazzjonijiet li kienu jeżistu fil-Gżejjer Maltin fi żmien l-Assedju l-Kbir
  • Naf dwar l-avvenimenti prinċipali u l-protagonisti tal-Assedju l-Kbir
  • Naf insemmi r-raġunijiet għaliex  it-Torok ma rebħux lill-Gżejjer Maltin fl-1565
  • Naf x’kienet tfisser ir-rebħa tal-Assedju tal-1565 għall-Kavallieri u l-Maltin
  • Nifhem x’kienet il-ħtieġa li tinbena belt ġdida u  għalfejn intgħażlet l-għolja Xiberras
  • Naf x’sehem kellhom Franġisku Laparelli u Ġlormu Cassar fil-bini tal-belt il-ġdida
  • Naf bid-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar il-bini tal-Belt u d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom
  • Kapaċi niddentifika l-binjiet prinċipali tal-Kavallieri li jikkaratterizzaw il-Belt Valletta
  • Napprezza is-sbuħija tal-Belt Kapitali Maltija u nifhem il-bżonn li nieħdu ħsiebha sew
  • Fieldwork 1 – Dawra mal-Belt Valletta