Year 2

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Social Studies » Year 2
  • Naf nitkellem dwar l-ambjent ta’ madwarna – it-triq, il-knisja, ġnien pubbliku etc.
  • Għandi għarfien tajjeb ta’ mezzi differenti ta’ trasport
  • Nagħraf il-karatteristiċi differenti tat-tliet tipi ta’ ambjent – il-kampanja, il-belt u ħdejn il-baħar
  • Nagħraf id-differenza bejn l-abitat naturali u dak magħmul mill-bniedem
  • Nagħraf kif il-bniedem kapaċi juża l-art ta’ madwaru
  • Naf li jeżistu postijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati – kull fejn inkunu hemm regoli li rridu nobdu
  • Naf insemmi l-postijiet pubbliċi u privati li jinsabu l-iskola
  • Naf insemmi affarijiet li nista’ jew ma nistax nixtri minn ħdejn l-iskola
  • Nagħraf liema huma l-ġugarelli li għandna llum u li kellna dari – kemm dawk li nużaw ġewwa kif ukoll barra
  • Għandi l-għarfien ta’ żewġ logħbiet tradizzjonali maltin
  • Nifhem id-differenza bejn ġugarelli u logħob