Year 1

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Religion » Year 1
  • Kapaċi napplika l-lezzjoni għall-ħajja ta’kuljum
  • Nipparteċipa fir-reċitar tat-talb
  • Nipparteċipa b’mod attiv waqt il-Quddiesa
  • Naf it-talb bl-amment
  • Kapaċi nirrakonta parabbola jew miraklu ta’Ġesu’ u nagħraf x’ messaġġ iwasslulna
  • Nuri nteress fil-lezzjoni
  • Kapaċi napprezza dak kollu li nara madwari u niftakar fil-kobor t’Alla
  • Kapaċi ngħid grazzi lill-Mulej meta nara s-sbuħija tal-ħolqien u ngħid din il-kelma ta’spiss
  • Kapaċi nieħu ħsieb lili nnifsi u l-ambjent u nuri li napprezza n-natura
  • Kapaċi nżomm f’moħħi li Alla Hu l-Ħallieq u bħal San Franġisk inħobb dak kollu li ħalaq Alla
  • Napprezza li jien speċjali għax ħolqien t’Alla u nagħmel dak li hu tajjeb
  • Kapaċi napprezza dak li għandi u naħdem biex insir aħjar
  • Kapaċi naqsam dak li għandi mal-oħrajn
  • Kapaċi nirringrazzja lil Alla li tani lil Ġesu’
  • Kapaċi nħobb lill-oħrajn u ngħid ‘sorry’ meta niżbalja
  • Ngħin billi nitlob għall-oħrajn
  • Napprezza l-ambjent u nibża’ għalih
  • Napprezza li minkejja d-differenzi ta’bejnietna, xorta nkunu ħbieb u aħwa ta’xulxin
  • Kapaċi nifraħ waqt il-logħob u nkun lest li ngħin bil-qalb
  • Kapaċi nuri mħabba sinċiera u nkun lest li naħfer u ma ngħirx
  • Kapaċi nisma’ u nirrispetta lill-oħrajn
  • Kapaċi ngħin u nilgħab ma’kulħadd
  • Inġib ruħi ma’ħaddieħor, kif nixtieq li ħaddieħor iġib ruħu miegħi
  • Kapaċi nċedi xi ħaġa milli għandi
  • Kapaċi naħseb f’kulħadd u nkun ħabib/a tajjeb/tajba bħal Ġesu’
  • Naf dwar tfal morda, fqar u f’xi bżonn ieħor, filwaqt li ngħinhom u nitlob għalihom
  • Naf li meta napprezza lill-oħrajn inkun qed napprezza lil Ġesu’
  • Kapaċi ngħid iva ghat-tajjeb u le għall-ħażin
  • Kapaċi napprezza lill-Madonna billi nħobb kif ħabbet hi
  • Fl-Avvent nagħmel dak li hu mistenni minni biex niprepara ruħi sew ghall-Milied
  • Kapaċi napprezza r-rigali u naqsam dak li għandi ma’ min hu fil-bżonn
  • Nieħu nteress u mmur nara l-purċissjonijiet tal-Irxoxt
  • Nagħżel li nagħmel it-tajjeb biex inkun kuntent u nferraħ li dawk li jħobbuni
  • Kapaċi ma nimxix bl-aptit, imma nagħmel ħilti biex isir dak li hemm bżonn
  • Ngħix aħjar billi nieħu l-eżempju t-tajjeb ta’dawk ta’madwari