Year 1

Home » School Information » Love to Learn » Year 1 – 6 » Maltese » Year 1
  • Kapaċi nikteb kliem irregolari li jintuża’ ta’spiss
  • Naf naqbad il-lapes sewwa bejn is-swaba’ u nżommu sod
  • Naf nifforma l-ittri
  • Naf nħalli spazju bejn kelma u oħra
  • Naf nikteb ismi u kunjomi
  • Kapaċi nagħraf bejn vokali u konsonanti
  • Naf nuża’ l-artiklu quddiem kelma
  • Naf ngħaqqad  kliem flimkien billi nuża’ l-partiċella ‘u’
  • Nagħraf sentenza sempliċi
  • Naf meta għandi nuża’ l-ittra kapitali
  • Naf li fl-aħħar tas-sentenza għandi nuża’ l-punt
  • Naf nikteb in-numri
  • Naf nikteb l-ittri kollha (żgħar u kbar) tal-alfabett
  • Naf nikteb kliem b’għoqod konsonantali
  • Naf nikteb kliem komuni b’żewġ konsonanti fin-nofs
  • Nuri interess u nwieġeb għall-stejjer qosra u taqbiliet
  • Nagħraf ir-rima f’poeżija qasira
  • Naf id-differenza bejn ittra u kelma
  • Kapaċi nidentifika il-ħoss tal-bidu u tal-aħħar x’ħin nisma’  kelma
  • Kapaċi nirrakonta storja dwar sett ta’ stampi
  • Inwieġeb b’kunfidenza u b’mod attiv għall-istruzzjonijiet li jagħtuni
  • Nuri abilta’ biex inwettaq dak li hu mitlub minni
  • Kapaċi nagħmel mistoqsijiet bis-sens
  • Kapaċi nipparteċipa b’mod orali waqt attivita’ fi grupp żgħir
  • Kapaċi nitkellem quddiem il-klassi kollha
  • Naf naqra l-kliem  kkvk
  • Naf naqra l-kliem kvkk
  • Naf naqra  l-kliem kvk
  • Naf naqra l-kliem kvkkv
  • Naf naqra l-kliem kvkvk
  • Naf niddentifika u ngħodd il-ħsejjes fil-kelma
  • Naf inlissen il-ħsejjes biex niddentifika l-kliem
  • Naf nagħraf u nħoss korrispondenza bejn il-ħoss u s-simbolu
  • Naf inqabbel sentenzi ma’ stampi
  • Naf naqra u nikteb kliem kvkv
  • Naf naqra kliem irregolari li jintuża’ ta’ spiss
  • Naf naqra silta li qatt ma nkun iltqajt magħha qabel
  • Naf nagħraf u naqra ismi u kunjomi
  • Naf naqsam kelma f’sillabi